1. Minn liema sena bdew jinżammu l-atti tat-twelid, żwieġ u mewt fir-Reġistru Pubbliku?
Dawn bdew jinżammu mis-sena 1863.
2. U fejn jista' wieħed isib dawk ta' qabel?
Qabel is-sena 1863 dawn kienu jiġu dokumentati
mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi miżmuma biss fl-arkivji tal-knisja.
Għalhekk ċertifikati tal-magħmudija, żwieġ u mewt ta' dak iż-żmien jistgħu
jintalbu mill-parroċċi relattivi ta' l-irħula u
bliet Malta u Għawdex.
3. Jista' wieħed jitlob l-arblu tar-razza mir-Registru Pubbliku?
Le, riċerki għall-arblu tar-razza ma jsirux minn
dan id-dipartiment. Ir-Reġistru Pubbliku jista' joħrog biss ċertifikati
tat-twelid, żwieg u mewt meta jiġi mogħti id-dettalji kollha neċessarji
mill-applikant. Madankollu riċerki bħal dawn
isiru minn genealogisti
privati. Lista ta' dawn in-nies tista' tinkiseb mid-Dipartiment ta'
l-Informazzjoni ta' numru 3,
Pjazza Kastilja, l-Belt, Valletta, Malta,
Numru tat-telefon 2200 1700 / 2200 1739, indirizz ta' l-e-mail
info.doi@gov.mt jew 153@gov.mt.
|