Privatezza

Grazzi talli żort dan is-sit. Aħna impenjati li nħarsu l-privatezza ta' dawk li jżuruna u m'aħna ser niġbru ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma ttihilniex minn jeddek. Kull informazzjoni personali li tibgħatilna tinżamm fuq il-GOVNET (Malta Government Network).

Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni minn dan is-sit, awtomatikament niġbru u nżommu din l-informazzjoni li m'hix ta' natura personali:

  • X'paġna ridt tara jew ridt tniżżel;
  • Jekk irnexxilekx;
  • Meta u fi x'ħin dħalt fis-sit;
  • L-indirizz ta' l-Internet tas-sit jew id-domain name tal-kompjuter mnejn dħalt fis-sit;
  • Is-sistema tal-magna li qed tħaddem il-browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-browser.
Tajjeb tkun taf li din l-informazzjoni tintuża biss mill-GOVNET u ma tingħata, tinkera jew tinbiegħ lil ebda organizzazzjoni oħra.

Referenzi

Is-sit tagħna jwasslek f'organizzazzjonijiet lokali oħra. F'xi każi ir-rabta m'organizzazzjonijiet privati hi bil-permess tagħhom. Importanti li tinnota li hekk kif tidħol f'sit ieħor, ma tkunx għadek fis-sit tagħna u għalhekk taqa' taħt il-politika dwar privatezza tas-sit li tkun dħalt fih.

Cookies

GOVNET tuża cookies biex tħalli lis-server ikun jaf min qed jitlob x'hiex. Cookie hi biċċa informazzjoni żgħira li tintbagħat lill-browser tiegħek f'daqqa mal-paġna, hekk kif tidħol fis-sit. Il-browser tiegħek jerġa' jibgħat l-informazzjoni biex lid-domain mnejn ġiet il-cookie fl-ewwel lok, jiġifieri gov.mt u ebda sit ieħor ma jista jitlob din l-informazzjoni. Meta terġa' tidħol fil-GOVNET, il-cookie tinbagħat lura lis-server, flimkien mat-talba ġdida tiegħek.